Avviżi 27– 28 ta’ Frar 2021
Il-Ħadd 28 ta’ Frar – Attende Domine: Ngħixu r-Randan flimkienFis-6:30p.m. Lectio Divina, talba tal-Għasar u l-kompieta fl-oratorju.
Mit-Tnejn 1 sal-Ġimgħa 5 ta’ Marzu – Ezerċizzi Spiritwali tar-Randan Fil-quddiesa tal-10a.m. jkollna l-eżerċizzi tar-Randan minn P. Aaron Zahra u P. Tonio Mallia Milanes.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Wara l-quddiesa tal-10a.m. jkollna l-adorazzjoni tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar Fis-5:45p.m. Via Sagra meditata qabel il-quddiesa tas-6.15pm Fis-7p.m. laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti fl-oratorju.
Il-Ħadd 7 ta’ Marzu – Attende Domine: Ngħixu r-Randan flimkien Fis-6:30p.m. Lectio Divina, talba tal-Għasar u l-kompieta fl-oratorju.
Ftit tal-jiem ilu ġiet instalata sistema ġdida tax-xemgħa li tinsab quddiem ix-xbieha ta’ Ġesu’ Redentur. Ix-xemgħa hija ċ-ċertifikata li tajba għal ambjent tal-knisja u ma’ tagħmilx ħsara lill-ġebel u l-pittura/statwi fil-knisja. Apparti minn hekk hija sigura ħafna għax kif tispiċċa x-xemgħa taqa’ f’reċipjent bl-ilma biex inkunu żguri li ntfiet. Kull xemgħa tiswa 50ċ. Wieħed jistaqsi lil Fra Xmun.
Comments