Avviżi 24– 25 t’ April 2021
Matul dan il-weekend magħruf bħala tar-Ragħaj it-Tajjeb u Jum il-Vokazzjonijet inħeġġukom titolbu għall-aktar vokazzjonijiet Dumnikani.
L-Erbgħa 28 t’ April – Lejliet il-Festa ta’ Santa Katerina ta’ Siena Fil-5:30p.m. Rużarju u Kurunella. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar u wara ssir il-Vestizzjoni tal-Lajċi Dumnikani l-ġodda. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija, wara antifona u barka sagramentali.
Il-Ħamis 19 t’April – Jum il-Festa ta’ Santa Katerina ta’ Siena Fil-5:30p.m. Rużarju u Kurunella. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata, wara l-omelija ssir il-professjoni sempliċi u solenni tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu. Wara antifona u barka sagramentali.
Nhar il-Ġimgħa 30 t’April – Niċċelebraw il-festa ta’ San Piju V, patrun tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Fis-6:15p.m. Quddiesa Fis-7p.m. ikollna ir-4 Konferenza bi preparazzjoni għaċ-ċentinarju minn P. Tonio Mallia Milanes O.P. bit-tema: Id-Dumnikan Predikatur tal-Ġmiel, il-Kelma u x-Xbieha għad-Dumnikan.
Matul dan il-weekend qegħdin inqassmulkom fliexken bl-ilma imbierek bit-talba tat-tberik tad-dar u l-familja.
Bħalma tafu l-Knisja kienet magħluqa għal iktar minn xahar u bla ebda introjtu. Għalhekk qed inqassmulkom envelope biex wieħed ikun jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu b’risq il-Knisja tagħna. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.
Kommentare