Avviżi 14-15 Novembru 2021
Il-Ħadd 14 ta’ Novembru – Pellegrinaġġ Annwali tax-Xirka tad-Duluri Fis-2:15p.m. Tluq bit-trasport minn quddiem il-Knisja tal-Lunzjata. Fit-2.45p.m. Jibda' l-pellegrinaġġ bir-rużarju mill-entratura taċ-ċimiterju sal-kappella tax-Xirka tad-Duluri. Wara l-pirjol imexxi l-quddiesa b’suffraġġju għall-erwieħ mejtin tax-Xirka tad-Duluri. Wara jsir it-tberik tal-oqbra tal-Patrijiet Dumnikani, tal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju u tal-Fratellanza tal-Qalb ta’ Ġesù.
It-Tnejn 15 ta’ Novembru – Festa ta’ San Albert il-Kbir, Duttur tal-Knisja Fis-5.45p.m. Rużarju u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-Kurunella ta’ San Albert il-Kbir u Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 18 ta’ Novembru – Tberik tal-istatwa ta’ Kristu Re Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. isir it-tberik tal-istatwa ta’ Kristu Re u wara jkollna adorazzjoni bi preparazzjoni għas-Solennità ta’ Kristu Re u barka sagramentali.
Il-Ħadd 21 ta’ Novembru – Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu Fl-10a.m. Quddiesa kantata mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP.
Matul dan il-weekend qed isir il-ġabra speċjali tax-xahar ta’ Novembru b’risq il-knisja. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
Comments