Avviżi 12-13 ta’ Settembru 2020
It-Tnejn 14 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa ta’ l-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Fis-5:45p.m. Rużarju, fis-6p.m. jkollna t-Talba tal-Għasar u wara quddiesa bl-omelija u barka sagramentali.
It-Tlieta 15 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Verġni Marija tad-Duluri. Fis-5:45p.m. Rużarju, fis-6p.m. t-talba tal-Għasar u wara quddiesa bl-omelija b’suffraġju għall-mejtin tax-Xirka tad-Duluri. Wara tingħad il-kurunella, barka Sagramentali.
Illum inbeda ix-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ San Duminku tal-Kappella tax-Xirka tad-Duluri taċ-ċimiterju tal-Addolorata. L-istatwa tinsab fil-kjostru tal-kunvent. Inħeġġukom biex tgħinuna bid-donazzjonijiet tagħkom b’risq dan ir-restawr. Għad-donazzjonijiet tistgħu taviċċinaw lil pirjol.
Infakkarkom li fl-4 t’Ottubru ser niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dakinhar ser nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet li ser ifakkru il-Ġublew tal-450 sena mit-Twaqqif tal-Fratellenza tar-Rużarju Mqaddes fil-Knisja tagħna. Dawk li jixtieq jinkitbu fil-fratellanza tar-Rużarju javiċċinaw lil Fra Xmun jew lis-Sur Joseph Tabone. Il-professjoni tal-fratelli u sorelli ġodda ser issir il-Ġimgħa 2 t’Ottubru.
Comments