Search
25 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali
P. Claudio Borg O.P. iċċelebra l-25 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu nhar it-Tnejn 19 ta' Awwissu 2019 fil-Knisja tal-Lunzjata, il-Birgu. Imdawwar b'bosta Patrijiet mill-Provinċja Dumnikana Maltija, ġenituri u familjari, u bost ħbieb, huwa ċċelebra l-ewkaristija, filwaqt li P. Pawl Gatt O.P. niseġ omeliija tal-okkażjoni. Preżenti jassisti l-funzjoni kien hemm ukoll l-Arċisqof Emeirtu Mons. Pawlu Cremona O.P.
Comments